Thursday, 28 February 2008

Election Fever...the good all days pt1

Richard sultana, partit tal farfett. elezzjoni 1987


Xandiriet għall-Elezzjoni, 1987. Il-mibki Richard Sultana tal-Partit Demokratiku Indipendenti tal-Farfett jispjega l-programm elettorali tiegħu.

F'din l-elezzjoni, is-Sur Sultana kien ħareġ fuq l-ewwel distrett, fejn kiseb ħames voti (tnejn iktar minn Anthony Vassallo tal-Partit Komunista Malti). Kien deher fuq il-polza bħala "Sultana, Richard; Pensioner"

Memorable quotes:
Ser nitkellem fuq ir-racecourse tal-Marsa. Jien inweghedkom, in-nies tal-Marsa, li jiena naghmililkom dritta u filfatt jekk nitla fil-Gvern jiena naghmililkom dritta u nghollilkom ir-railing. U anke it-tinda jekk tixxarbu nirrangahilkom ukoll. Infaqtu Lm150,000. Taqtghux qalbkom nies tal-Marsa! Hawn Richard Sultana jaqbez ghalikom! Naghmel tinda ghall-monti gol-Belt biex ma jixxarbux ukoll...

...Naghmel tinda kollha Ta' Qali u naghmillhom ic-central heating kollha biex meta jkun il-ksieh ma jhossux ksieh...

...L-amerikani jidhlu u johorgu. Bazi ma hadd u rbit ma hadd. Jekk tivvutaw, tivvutaw hekk: Richard Sultana Partit Demokratiku Indipendenti tal-Farfett. Ghamlu in-number 1 fin-nofs tal-kaxxa, tmissux mal-line ta' fuq u lanqas ma ta' taht. Wara il-vot ikun ittimbrat. Jekk ma jkunx ittimbrat dak ma jiswa xejn. U ghidlu, jekk tiehdu zball, ghidlu hadt zball u jtik iehor. Naghtu ic-children's allowance lit-tfal kollha...


Site Meter
Thanks to Papafingu

No comments: